Premju Ktieb
January 29, 2010
Is-serata tal-premjijiet għall-aħjar kotba li saret Kastilja nhar il-Ġimgħa 22 ta' Jannar, 2010 kienet serata organizzata tajjeb ħafna u uriet il-progress li qiegħed jagħmel il-ktieb Malti. Grazzi lil dawk kollha li kellhom sehem fl-organizzazzjoni. Għalkemm jien membru tal-KNK, ma kellix sehem fl-organizzazzjoni u għalhekk inħoss li għandi nifraħ lil sħabi tal-Kunsill li ħadmu biex din is-serata kienet suċċess, pjaċevoli, ukoll għal dawk li forsi, bħali stennew premju. Imma fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid jirrispetta d-deċiżjoni tal-ġurija u japprezza x-xogħol siewi li qed jagħmel il-kunsill nazzjonali tal-ktieb. Nifhem id-dritt li wieħed jikkritika u juri fejn ma jaqbilx, iżda tajjeb li wieħed ikun moderat, u ma narax il-bżonn li wieħed juża vokabolarju li fl-aħħar mill-aħħar ma jirriflettix tajjeb fuq min jużah. Ejjew inkunu kostruttivi. Nifraħ lil dawk kollha li rebħu u wkoll lil dawk li baqgħu l-art għax wara kollox lkoll qegħdin, ftit ftit nibnu l-letteratura Maltija li minkejja l-limitazzjonijiet li għandna, għamlet pass kbir 'il quddiem, grazzi għall-kittieba, pubblikaturi u oħrajn fosthom il- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Posted by Charles Casha